Korsijiet u Taħriġ

L-aspett edukattiv tar-residenti minn dejjem kien wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Kunsill Lokali Naxxar. Dan għaliex inħossu li huwa dmir tagħna li nkomplu ntejbu t-tagħlim u l-livell tal-edukazzjoni tar-residenti sabiex ngħixu aktar armonjożament f'dan iż-żmien ta' progress. Għaldaqstant, matul dawn is-snin, il-Kunsill ħa ħsieb li jorganizza numru ta' korsijiet u taħdidiet kemm għall-kbar kif ukoll għat-tfal. Il-korsijiet li nżammu jvarjaw bejn dawk akkademiċi u oħrajn li jinvolvu xi kraft, filwaqt li t-taħdidiet ikopru suġġetti varji mmirati lejn persuni adulti.

Fost l-aktar korsijiet komuni għall-Kunsill Lokali Naxxar huma:

Kompjuter
Aerobics
Pilates
Zumba
After School Programme

Għal aktar informazzjoni tista tagħfas fuq il-links ta' hawn taħt, jew tikkuntattja l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali.

1 Salsa
2 Aikido
3 Pilates
4 Zumba
5 Aerobics
6 Kompjuter

Share!