Oriġini

 

Mhux faċli sabiex wieħed jidddetermina meta beda jifforma ruħu r-raħal tan-Naxxar. Fiż-żgur huwa li eluf ta' snin ilu, diġà kienet teżisti forma ta' ħajja fin-Naxxar. Dan jixduh l-għerien tal-Qattara u ta' San Brinkaw; fdalijiet megalitiċi ta' Żmien ir-Ramm f'Tal-Qadi u Qalet Marku; raddi fil-blat li jibdew mis-Salina sa taħt it-Tarġa kif ukoll aktar 'il fuq lejn l-Għadira tal-Wej li x'aktarx iffurmaw ruħhom fi Żmien il-Bronż; oqbra Puniċi fis-sit tal-Iskola Primarja tan-Naxxar, u jingħad ukoll fit-toroq ta' San Ġorġ u Leli Falzon; kif ukoll il-Katakombi fis-Salina u fil-Magħtab.

 

Share!