Il-Pjanijiet tal-Kunsill għall-Futur

 

Nistgħu ngħidu li l-Kunsill Lokali Naxxar huwa ħabrieki u enerġetiku ferm. Fil-fatt, minbarra n-numru ta' proġetti diġà mwettqa għandu diversi pjanijiet għall-futur. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill ikun jaf id-dettalji kollha iżda tajjeb insemmu xi wħud minn dawn il-pjanijiet.

Tisbiħ ta' Triq il-Kbira

Hija l-intenzjoni tal-Kunsill Lokali Naxxar li jsebbaħ it-tul ta' Triq il-Kbira u possibbilment ukoll it-toroq antiki l-oħra li jiffurmaw parti mill-qalba tar-raħal. Dawn il-pjanijiet jinkludu fanali u sistema ta' immaniġġjar tat-traffiku sabiex issir aktar aċċessibbli għal min ikun miexi.

Heritage Trail

Punt importanti fuq l-aġenda tal-Kunsill kien dejjem il-ħarsien tal-patrimonju kulturali. Għaldaqstant, fil-preżent il-Kunsill Lokali qiegħed jesplora l-possibbiltajiet li jinġabu fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex tiġi kreata heritage trail, li tagħmilha faċli għat-turisti u l-Maltin meta jżuru postijiet ta' kultura u storja fil-lokalità tagħna.

Civic Amenity Sites

Il-Kunsill Lokali Naxxar aċċetta l-proposta tal-Gvern Ċentrali li jidentifika sit sabiex tiġi kreata civic amenity site. Civic Amenity Site huwa post organizzat fejn wieħed jarmi l-iskart, aktarx goff, b'mod separat f'kontenituri kbar apposta. Apparti mill-Għallis, il-Kunsill Lokali Naxxar identifika żewġ siti oħra, parti magħrufa bħala Wied Bordi u l-barriera ta' ħdejn it-Techno Park, sabiex jintużaw bħala Civic Amenity Sites.

Share!