Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ

Il-proġett tal-Kunsill Lokali taż-Żagħżagħ li ġie mniedi fl-2009, jagħti opportunità lil numru kbir ta' żgħażagħ biex ikunu ċittadini attivi billi jipparteċipaw fi proċess politiku ta' diskussjoni u deċiżjonijiet. 

Il-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ huwa proġett li qiegħed jiġi amministrat minn Aġenzija Żgħażagħ bħala parti mill-Empowerment Programme li din l-istess aġenzija għandha bħala waħda mill-inizzjattivi tagħha. Dan qed isir b'kollaborazzjoni  mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ).

Il-Kunzill Lokali taż-Żagħżagħ Naxxar qiegħed jipparteċipa għar-raba' sena konsekuttiva. Għal aktar tgħarif dwar ix-xoghol li qed iwettaq il-Kunsill Lokali taż-Żagħżagħ Naxxar preżenti tistaw tidħlu fis-sit elettroniku tagħhom billi tagħfas hawn, jew tista tissieħeb fil-paġna tal-facebook tagħhom hawn.

Share!