L-Amministrazzjoni tal-Kunsill

 

 

Biex il-Kunsill ikun jista' jwettaq id-deċiżjonijiet tiegħu fil-prattika huma meħtieġa numru ta' uffiċċjali u impjegati regolari. Fil-fatt, taqsima V tal-ligi tal-Kunsilli Lokali titkellem propju dwar dan.

Il-Kap Eżekuttiv, Amministrattiv u Finanzjarju tal-Kunsill huwa s-Segretarju Eżekuttiv (Artiklu 52 ta' l-Att). Huwa għalhekk responsabbli mit-tmexxija amministrattiva kollha u jrid jassigura li jitwettqu d-deċiżjonijiet tal-Kunsill bl-aħjar mod u fl-iqsar żmien possibbli.

Il-Kunsill huwa regolat ukoll bin-numru ta' impjegati li jista' jingaġġa miegħu. Fil-fatt il-ligi kif inhi fil-preżent tispeċifika li Kunsill, minn barra s-Segretarju Eżekuttiv, ma jistax ikollu aktar minn impjegat għal kull elfejn u ħames mitt ruħ (2,500). Fin-Naxxar hawn mat-13,000 resident u għalhekk intitolat għal ħames impjegati.

Fil-każ tal-Kunsill Lokali Naxxar is-Segretarju Eżekuttiv huwa s-Sur Paul Gatt. Miegħu għandu lis-Sinjura Marthese Camilleri u lis-Sur Benjamin Bugeja bħala Uffiċjali Eżekuttivi; lis-Sur Roderick Debono, lis-Sinjura Louise Mallia u lis-Sinjorina Yanika Zammit bħala skrivani.

Flimkien ma' dawn l-uffiċċjali l-amministrazzjoni għandha wkoll l-għajnuna volontarja ta' żewg persuni li ġentilment joffru s-servizzi tagħhom mingħajr ħlas lill-Kunsill fl-organizzazzjoni tal-ħarġiet kulturali. Dawn huma s-Sinj. Josephine Hili u s-Sinjorina Speranza Xuereb.

L-Amministrazzjoni għandha wkoll għad-dispożizzjoni tagħha numru ta' kuntratturi biex iwettqu numru ta' xogħlijiet.

Share!