Motto

Ghalkemm qatt ma' ħareġ fiċ-ċar minn fejn ġej l-isem eżatt tan-Naxxar, huwa fatt fiż-żgur li dan għandu rabta qawwija mat-tradizzjoni li n-nies tar-raħal kienu l-ewwel insara. Fil-fatt, il-parroċċa tan-Naxxar kienet l-ewwel waħda fil-kampanja Maltija, wara dawk tal-Katidral u tal-Birgu. Dan jixhdu bil-kbir ukoll il-motto tar-raħal - Prior Credidi - L-Ewwel li Emmint.

Share!