Tifsira

 

Hija tradizzjoni qawwija li n-nies tan-Naxxar kienu minn tal-ewwel li marru jgħinu lin-nies, inkluż lil San Pawl, meta l-ġifen li kienu fuqu tfarrak mal-blat. Għaldaqstant huma ħafna li jorbtu l-isem tan-Naxxar ma' Nassar (Nasra), li tfisser konverżjoni għall-Kristjaneżmu. Oħrajn isostnu li dan ġej minn ‘Nsara’ jew ‘Nazaroei’, jiġifieri dawk li għarfu t-tagħlim ta' Kristu, li kien minn Nazareth, u allura Nożri. Uħud jgħidu li l-kelma naxxar tfisser wieħed jissega, jifred, jaqta' - ta' min isemmi li f'dan ir-raħal kien hemm bosta ħaddiema tal-ġebel. Fil-ktieb tiegħu, Magri jgħid li l-kelma naxxar ġejja minn nażar, li bil-Lhudi tfisser magħżul għalih, jew maqtugħ għalih waħdu. Dan minħabba li fil-viċinanzi l-Għarab kienu ffurmaw raħal li semmewh Ħal Muselmiet, jiġifieri raħal il-Musulmani. Għaldaqstant, l-insara ffurmaw iehor - raħal nażar - raħal l-Insara u allura Naxxar.

 

Share!