Is-Sitt Leġilazzjoni

L-elezzjoni tas-sitt Kunsill Lokali saret nhar is-Sibt 6 ta' Ġunju 2009 fejn minn 15-il kontestant, għal darb'oħra riedu jiġu eletti disa' Kunsillieri. F'din l-elezzjoni kienu eletti f'isem il-Partit Nazzjonalista Dott. Maria F. Deguara MD, Pierre Sciberras, Anne Marie Muscat Fenech Adami, David Bonello u Clinton Sammut filwaqt li f'isem il-Partit Laburista kienu eletti Clifford Galea, Pauline Miceli, Victor Agius u Mario (Marlon) Brincat.

Fil-21 ta' Diċembru 2009 tħabbret il-mewt għall-għarrieda tal-Kunsillier Victor Agius. F'elezzjoni każwali li saret nhar l-4 ta' Jannar 2010 kien elett kunsillier Noel Gatt li kien diġà serva fil-leġiżlatura preċedenti.

Fis-16 ta' Jannar 2012 Maryanne Cuomo ġiet eletta kunsilliera f'elezzjoni każwali wara r-riżenja ta' David Bonello

 

The Sixth Local Council: (from left) Paul Gatt (Executive Secretary),Marlon Brincat, Victor Agius, Anne Marie Muscat Fenech Adami, Clifford Galea, Dr. Maria F. Deguara (Mayor), Pierre Sciberras (Vice-Mayor), David Bonello, Pauline Miceli, and Clinton Sammut.
Is-Sitt Kunsill Lokali: (mix-xellug) Paul Gatt (Segretarju Eżekuttiv), Marlon Brincat, Victor Agius, Anne Marie Muscat Fenech Adami, Clifford Galea, Dott. Maria F. Deguara (Sindku), Pierre Sciberras (Viċi Sindku), David Bonello, Pauline Miceli u Clinton Sammut.

 

 

L-elezzjoni tas-sitt Kunsill Lokali

 

 

Share!